“L-Oppożizzjoni Riedet Biss Tgħawweġ Ir-Regoli Tal-Kumitat Biex Tagħmel Spin Politiku” – Il-PL
Il-Partit Laburista qal li l-attitudni tal-membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi llum tixhed l-arroganza tal-istess Oppożizzjoni.
Fi stqarrija l-PL qal li “l-membri tal-Oppożizzjoni lanqas kienu kapaċi jaqblu minnufih u mingħajr problemi ma’ talba tal-membri tal-gvern biex il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jitlob b’mod magħqud lix-xhud imsejjaħ illum, biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu u jattendi fis-seduta li jmiss.”
Il-PL temm jgħid li quddiem din it-talba tal-membri tal-Gvern, l-Oppożizzjoni riedet biss tgħawweġ ir-regoli tal-kumitat biex tagħmel spin politiku, sakemm għal darb’oħra d-deputat Karol Aquilina reġa’ tilef il-kontroll u ntilef f’isteriżmu u għajjat.