L-Unjoni Ewropea Esportat Aktar Minn Biljun Vaċċin Lejn Aktar Minn 150 Pajjiż

 L-Unjoni Ewropea Esportat Aktar Minn Biljun Vaċċin Lejn Aktar Minn 150 Pajjiż

Aktar minn biljun vaċċin kontra l-Covid-19 li ġew manifatturati fl-Unjoni Ewropea ġew esportati lejn aktar minn 150 pajjiż minn Diċembru 2020, qalet dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen dalgħodu.

“B’mod ċar ħafna, l-Unjoni Ewropea hija l-akbar esportatur tal-vaċċini kontra l-Covid-19,” qalet von der Leyen fi stqarrija, filwaqt li sostniet li l-UE esportat vaċċini daqskemm qasmet liċ-ċittadini tal-UE.

L-UE bdiet tesporta l-vaċċini mill-bidu, lura f’Diċembru 2020, filwaqt li produtturi ewlenin oħra bħall-Istati Uniti għal diversi xhur sħaħ żammew il-vaċċini għalihom biss.

Madankollu, l-esportazzjonijiet tal-UE kienu prinċipalment lejn il-Ġappun, it-Turkija u r-Renju Unit fost dawk ewlenin, minħabba li kellhom kuntratti ta’ provvista ma’ produtturi li pproduċew ġo fabbriki fl-UE.

Il-vaċċini esportati jew mogħtija mill-UE lil nazzjonijiet ifqar huma porzjon żgħir tal-esportazzjonijiet totali, iżda l-UE qed tippjana li tagħti spinta lid-donazzjonijiet tagħha fix-xhur li ġejjin bil-għan li tqassam mill-inqas 500 miljun doża lill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli, temmet tgħid Ursula von der Leyen.

Ritratt: The Telegraph

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com