“Li Qed Nerġa Nirritorna Lura Quddiem Ġurija Wara 30 Sena..” – Ivan Gaffiero

 “Li Qed Nerġa Nirritorna Lura Quddiem Ġurija Wara 30 Sena..” – Ivan Gaffiero

X Factor Malta għal staġun ieħor qed jiġbed l-interess ta’ bosta li qed isegwu minn ġimgħa għal oħra. Fil-fatt f’dawn l-ewwel ġimgħatejn diġà laħaq udjenzi kbar li qed jagħmluh bħala l-aktar programm segwit f’Malta.

Nhar il-Ħadd li ġej fit-tielet serata ta’ X Factor Malta fost il-ħafna parteċipanti li ħa nkunu qed naraw ħa jkun qed jirritorna Ivan Gaffiero.

Dan kien konfermat permezz ta’ filmat promozzjonali tal-episodju li jmiss li qed jintwera fuq il-mezzi soċjali.

Ivan qal li kien “ilu 30 sena ma jkanta…allura li qed nerġa nirritorna lura quddiem ġurija wara 30 sena..”

Nistennew u naraw x’ħa jkun qed jiġri mill-parteċipanti li ħa jkunu qed jidhru nhar il-Ħadd li ġej, filwaqt li naraw Ivan Gaffiero wara 30 sena jirnexxilux li jagħmilha għal fażi li jmiss.

Awguri!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com