llum Jaħbat Il-150 Anniversarju Mit-Twelid Tal-Poeta Nazzjonali

 llum Jaħbat Il-150 Anniversarju Mit-Twelid Tal-Poeta Nazzjonali

Dun Karm Psaila kien imwieled f’Ħaż Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871. Illum huwa propju l-150 sena anniversarju tat-twelid tal-Poeta Nazzjonali Malti.

Dun Karm fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak Maġġur biex jibda t-triq tas-saċerdozju. Studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta’ Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta’ 23 sena fl-1894.

L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufa tiegħu hi, ‘La Dignita Episcopale’ li kien kiteb fl-1889. Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, ‘Foglie d’alloro’, ġabra ta’ 37 poeżija li kiteb meta kellu bejn is-17 u l-24 sena. Fl-1903 kien ippubblika wkoll ‘Versi’, kollezzjoni oħra ta’ poeżiji bit-Taljan.

Fl-1920, Dr. A.V. Laferla, id-Direttur tal-Edukazzjoni, kien talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika tal-Mro. Robert Sammut. L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-1941 dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta’ Malta. Fl-Indipendenza tal-1964 kien daħal ukoll fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Dalgħodu wkoll fuq il-mezzi soċjali tal-Arkivji Nazzjonali ġie ppublikat dettal mill-applikazzjoni li Dun Karm issottometta f’Lulju 1925 biex imur l-Italja, l-Isvizzera u Franza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com