Bil-Filmat: Lulu’ Jkompli Jissorprendi Bil-Mużika Emozzjonali Tiegħu Fuq Il-Pjanu
Ftit tal-minuti ilu Lulu’ għadu kemm nieda biċċa mużika ġdida mil-isbaħ.
‘Shadow’ hija t-tielet biċċa mużika oriġinali li Lulu’ ħareġ wara s-suċċess ta’ ‘Rain’ u ‘Angie’ kollha siltiet mużikali emozzjonali fuq il-pjanu.
Din is-silta hija kumplimentata b’filmat mużikali li nġibed fil-Belt Valletta, f’waħda mill-eqdem lukandi li kien hawn f’Malta.
Lulu’ fil-messaġġ tiegħu fuq il-mezzi soċjali qal li f’dan l-ambjent li kien fih ma setax ma jibdiex bil-‘Lament’, biċċa mużika tradizzjonali Maltija li daħlet perfettament mal-ambjent tal-filmat.
Meta tkellimna ma’ Lulu’ qalilna li jinsab kuntent li permezz ta’ din it-tip ta’ mużika jista’ jesprimi aktar ruħu, filwaqt li qalilna li jaf li hemm ħafna nies li japprezzaw din il-mużika u jawgura li jgawdu dan il-vjaġġ mużikali miegħu.
Ara l-filmat mużikali: