Lydia Abela Tiltaqa’ Mal-Coaches Li Jittrenjaw L-Atleti Fl-iSpecial Olympics

 Lydia Abela Tiltaqa’ Mal-Coaches Li Jittrenjaw L-Atleti Fl-iSpecial Olympics

“Kien ta’ pjaċir għalija niltaqa’ mal-coaches li jittrenjaw lill-atleti fi ħdan Special Olympics fis-sitt dixxiplini li ser jikkompetu fihom f’nofs Mejju li ġej. Dawn jinkludu l-football, l-atletika, bocce, tenpin bowling, table tennis u l-għawm”, kitbet mart il-Prim MInistru Lydia Abela fuq il-midja soċjali tagħha.

Saħqet kif l-irwol tal-Coaches huwa kruċjali fl-iżvilupp u t-taħriġ tal-atleti. Faħħret id-dedikazzjoni, l-impenn u d-dixxiplina tagħhom li tant qed tissarraf f’aktar inklużjoni u tisħiħ fil-potenzjal tal-atleti.

Temmet billi stiednet u ħeġġet lill-coaches kwalifikati u anki volontiera jingħaqdu magħha u mat-tim kollu għal din il-kampanja b’għan wieħed, “li naħdmu bla waqfien biex inkomplu nsaħħu l-kapaċitajiet sportivi f’pajjiżna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com