Madwar 3 Miljun Ħaddiem Fl-Italja Għadhom Ma Ħadux Il-Vaċċin
Ilbieraħ saru protesti kbar fi 3 portijiet fl-Italja kontra l-Covid Pass. Dan il-pass huwa meħtieġ biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem u juri jekk tlaqqamtx għall-Covid-19 jew le.
B’hekk, il-protestanti qed iħossu li jrid ikollhom jitlaqqmu bilfors inkella ma jistgħux jaħdmu.
Huwa stmat li madwar 3 miljun ħaddiem fl-Italja għadhom ma tlaqqmux.
Sar strajk ukoll fil-Port ta’ Triest minn madwar 6,000 ħaddiem u jidher li qamet kommossjoni wkoll f’postijiet oħra bħal Genoa u Ancona.
Ritratt: Bloomberg.com