Madwar 330,000 Tifel U Tifla Vittma Ta’ Abbuż Sesswali Fil-Knisja Kattolika Franza

 Madwar 330,000 Tifel U Tifla Vittma Ta’ Abbuż Sesswali Fil-Knisja Kattolika Franza

Investigazzjoni fi Franza żvelat kif madwar 330,000 tifel u tifla kienu vittma ta’ abbuż bejn l-1950 u l-2020.

Dan l-iskandlu kbir ta’ abbużi twettqu minn membri tal-Knisja Kattolika fi Franza li jinkludu saċerdoti u lajċi.

Il-bord investigattiv li beda bil-ħidma fuq din l-investigazzjoni fl-2018 sab evidenza fuq madwar 3,000 saċerdot li wettaq dawn l-abbużi.

Din l-investigazzjoni ġiet ikkummissjonata mill-Knisja Kattolika Franċiża stess wara għadd ta’ rapporti u skandli li kienu qed joħorġu.

F’reazzjoni għal dan il-kelliem tal-Vatikan Matteo Bruni qal li l-Papa Franġisku huwa grat li nkixfu dawn l-abbużi li kienu ilhom mistura snin twal biex il-Knisja tkun tista’ terġa’ taqbad it-triq tal-fidwa. Huwa qal ukoll li l-Papa jinsab imnikket li dawn il-vittmi kellhom isofru ħafna, u rringrazzjahom talli b’kuraġġ kbir tkellmu kontra l-aggressuri tagħhom.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com