Malta Bi Strateġija Ġdida Għall-Golf Għarbi

 Malta Bi Strateġija Ġdida Għall-Golf Għarbi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jinsab fil-proċess li jabbozza strateġija ġdida għall-Golf, li hija riflessjoni tal-impenn ta’ Malta biex tkompli r-rabtiet u l-kooperazzjoni f’dan ir-reġjun. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal dan matul diskussjonijiet mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf, Nayef Falah Mubarak Al-Hajraf, li jinsab fuq żjara uffiċjali f’Malta.

Il-Ministru Bartolo u s-Segretarju Ġenerali Nayef Falah Mubarak Al-Hajraf iddeskrivew r-relazzjonijiet  bejn Malta u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf bħala eċċellenti. Iż-żewġ naħat qablu li jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’bosta setturi bħall-kummerċ, l-investiment, is-sigurtà tal-ikel, l-edukazzjoni, is-saħħa, u l-agrikoltura.

Il-Ministru Bartolo laqa’ ż-żjara tas-Segretarju Ġenerali filwaqt li enfasizza kif is-sigurtà tal-Mediterran u tal-Golf kienu marbuta mill-qrib.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com