Malta Tibgħat 135,000 Vaċċin Fir-Rwanda
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa qed jikkollaboraw flimkien mal-Air Malta sabiex iwasslu 135,000 vaċċin tal-Astra Zeneca fir-Rwanda matul din il-ġimgħa.
Dan kien konfermat dalgħodu permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Christopher Cutajar.
Huwa qal li “dan juri l-impenn ta’ Malta li tkun minn ta’ quddiem f’din il-ġlieda globali kontra l-pandemija.” Filwaqt li temm jgħid li “ħadd mhu sigur sakemm kulħadd ikun sigur!”
🇲🇹🇷🇼 @MFEAMalta is liaising with @AirMalta , #Saħħa & the 🇪🇺 to send more than 135,000 Astra Zeneca vaccines to #Rwanda this week✈️
This shows Malta’s commitment in being at the forefront in this global fight against the pandemic. No-one is safe until everyone is safe!🌍 pic.twitter.com/6BKFUZlJix— Christopher Cutajar (@chriscutajar) October 13, 2021