Malta Tospita Mill-Ġdid U B’Suċċess Il-Konferenza Internazzjonali Tal-Avjazzjoni MACE

 Malta Tospita Mill-Ġdid U B’Suċċess Il-Konferenza Internazzjonali Tal-Avjazzjoni MACE

MACE – Il-Malta Aviation Conference and Expo 2021, bit-tema ta’ “Rebooting the Industry” fetħet it-tielet edizzjoni tagħha fis-16 ta’ Ottubru u laqgħet f’Malta wħud mill-aktar esperti ispirazzjonali fl-industrija tal-avjazzjoni għal tliet ijiem ta’ diskussjonijiet, keynotes u networking.

“Ninsabu verament kuntenti li għal darboħra qed jirnexxielna niltaqgħu fiżikament wara li fl-2020 il-konferenza kellha ssir kompletament online. Wara d-daqqa ta’ ħarta li ħadet l-industrija tal-avjazzjoni kawża tal-pandemija tal-Covid-19, irnexxielna nlaqqgħu l-industrija biex flimkien niddiskutu u nikkollaboraw fejn jidħlu modi ta’ kif nistgħu nreġġgħu lura l-industrija għas-suċċessi li kellha qabel il-pandemija. Ninsabu kburin li għal darboħra ħloqna spazju fejn persuni ewlenin fl-industrija, professjonisti u dawk li jfasslu l-politika jistgħu jiddiskutu flimkien, joħolqu sinerġiji u jaqsmu prattiċi tajbin f’perjodu ta’ problemi li jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet,” qalu Stanley Bugeja, Jonathan Dalli u Joshua Zammit, il-fundaturi ta’ MACE.

Bil-prekawzjonijiet kollha b’rabta mal-Covid-19 meħuda, il-konferenza ospitat aktar minn 35 kelliem lokali u internazzjoni, inkluż il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Hon. Dr Ian Borg; id-Direttur Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta, il-Kaptan Charles Pace; l-eks xjentista ta’ NASA, Dr Anita Sengupta; Vlogger tal-ivjaġġar Noel Phillips; u ħafna oħrajn.

“Għal darboħra, MACE, l-akbar konferenza bit-tema tal-avjazzjoni organizzata f’Malta, uriet bis-sħiħ li hija ta’ valur għall-komunità tal-avjazzjoni. Huwa grazzi għas-sieħeb ewlieni tagħna, Transport Malta u msieħba oħrajn li emmnu fil-konferenza minn meta seħħet l-ewwel edizzjoni tagħha fl-2019, li rnexxielna niksbu suċċess ieħor, li jimmotivana biex nerġgħu nospitaw lill-industrija għal konferenza oħra fl-2022,” temmew jgħidu l-fundaturi.

Hu u jitkellem waqt il-konferenza, l-Onor. Ministru Dr Ian Borg qal, “Bħala l-akbar konferenza tal-avjazzjoni f’Malta, MACE hija l-pjattaforma perfetta li timmira u tattira kelliema u investimenti li jwasslu għat-tkabbir tal-industrija. Bħala l-Gvern Malti, permezz tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan ir-regolatur tal-avjazzjoni ta’ Malta, Transport Malta, ninsabu kburin li nassistu avveniment daqshekk prestiġġjuż bħala sponsors ewlenin. Ir-reġistru tal-avjazzjoni ta’ Malta, 9H, huwa wieħed minn dawk li l-aktar qed jikbru b’mod rapidu fl-Ewropa, u qed juri li l-aktar mexxejja tal-avjazzjoni li jagħmlu impatt qed iħarsu lejn Malta biex ikomplu jespandu s-servizzi tagħhom. Hekk kif għandna mas-600 ajruplan irreġistrati, ninsabu kommessi li nkomplu nibnu fuq dan it-tkabbir u konferenzi bħal MACE huma opportunità eċċellenti għad-djalogu, kollaborazzjoni u qsim ta’ prattiċi tajba biex nespandu l-orrizzonti tagħna. MACE qed tipprovdi l-pjattaforma ġusta biex ikun hemm taħdid dwar il-passi li jmiss, speċjalment wara l-perjodu kruċjali li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid. Il-Gvern Malti huwa kkommess li joffri spalla ta’ sapport biex jgħin lill-avjazzjoni terġa’ tiġi fuq saqajha u tkompli tikseb riżultati tajbin u tkabbir ekonomiku kontinwu.”

Bil-għan li tissapportja r-responsabbilità soċjali u l-impenn għal futur ekoloġiku, fl-2021, l-organizzaturi ta’ MACE riedu jaraw li l-konferenza tkun waħda ta’ status newtrali ta’ karbonju. Flimkien mas-sieħeb tal-konferenza Carbon TradeXchange (CTX), MACE irnexxiela tpatti għal 100% tal-emmissjonijiet tal-karbonju li kienu mistennija jkunu ġenerati minħabba din il-konferenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com