Maltemp Qawwi Jħalli Ħerba F’Catania

Maltemp qawwi li laqat anke l-gżejjer tagħna lbieraħ, ħalla ħerba f’Catania fejn għall-ħabta tat-3.30pm niżel anke silġ b’buffuri tar-riħ li kissru u għamlu ħsara kbira.
Konsegwenza ta’ dan waqgħu xi siġar u anke saħansitra tqaċċtu arbli dekorattivi tad-dawl fejn wassal lill-Comune di Catania biex joħroġ twissija ta’ alert u anke biex il-pubbliku joqgħod attent minħabba xi perikli li nħolqu.