Mara Tweġġa’ Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza Suzuki Swift

 Mara Tweġġa’ Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza Suzuki Swift

Ilbieraħ, għal xi t-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li mara ta’ 69 sena residenti Raħal Ġdid, weġġgħet wara li ntlaqtet minn Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com