Mark Camilleri Jhedded Lid-Deputat Rosianne Cutajar Li Se Jitturmentaha
L-awtur tal-ktieb ‘A Rent Seeker’s Paradise’, Mark Camilleri dalgħodu rrisponda lil Rosianne Cutajar wara li lbieraħ fetħet libell kontrih.
Camilleri fuq il-mezzi soċjali tiegħu ippubblika messaġġi allegatament minn konversazzjoni li kellu Yorgen Fench dwarha, wara li kienet għamlet diskors fil-Parlament. Huwa jgħid li dan huwa parti biss tal-evidenza li għandu.
“Rosianne Cutajar, you are a foolish coward to hide behind your family and ‘humanity’. You are also a liar and totally corrupt,” kiteb Mark Camilleri fil-messaġġ tiegħu.
Huwa qal li Rosianne qaltlu biex ineħħi l-kitba dwarha, però hu rrisponda li jneħħi kollox u jħalliha kwieta jekk kemm il-darba tirriżenja mill-politika.
Mark Camilleri qalilha li l-alternattiva hija din, “Stay in politics, keep up your libel case and I will become your worst nightmare.”
“You are corrupt, Rosianne, and you belong in jail. You and your corrupt friends have not only ruined the Labour Party but have also ruined the country…” kompla jtenni Camilleri fil-messaġġ tiegħu.