Matul Din Is-Sena D-Dwana Kkonfiskat 39,578 Flixkun Inbid U 584 Flixkun Alkoħol
Id-Dipartiment tad-Dwana bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena rnexxielu jikkonfiska 39,578 flixkun inbid u 584 flixkun alkoħol.
Fi stqarrija ġie konfermat li l-valur totali ta’ dawn il-fliexken fis-suq huwa ta’ €456,364.
Il-fliexken tal-inbejjed kellhom valur ta’ €430,084 bid-dazju tas-sisa fuqhom jammonta għal €6,146 u €78,521 VAT.
L-alkoħol kellu valur ta’ €26,280 bid-dazju tas-sisa fuqhom jammonta għal €2,224 u €5,131 VAT.