Melita Toffri Skontijiet Lill-Klijenti Għal Mowbajls Qodma

 Melita Toffri Skontijiet Lill-Klijenti Għal Mowbajls Qodma

Melita Limited ingħaqdet ma’ inizjattiva relatata mal-Jum Internazzjonali tal-Iskart Elettroniku biex tiġbor mowbajls mhux użati għar-riċiklaġġ.

Fi stqarrija Melita qalu li bħala parti minn din l-inizjattiva, il-klijenti tagħhom li jiddepożitaw il-mowbajls qodma fil-kontejners disponibbli fil-ħwienet kollha tagħha sal-ħin tal-għeluq nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru se jirċievu skont ta’ €5 fuq il-kont li jmiss tagħhom għas-servizzi tad-dar jew kuntratt tal-mowbajl tagħhom.

Mireille Muscat, Kap tal-Marketing ma’ Melita Limited, qalet, “Ħafna minna għandna mowbajls qodma d-dar li qatt mhu se jerġgħu jintużaw. Permezz ta’ din l-inizjattiva qed nippruvaw inħeġġu lin-nies biex iġibu dawn il-mowbajls sabiex ikunu jistgħu jiġu riċiklati kif suppost.”

L-inizjattiva tal-Jum Internazzjonali tal-Iskart Elettroniku qed tkun ikkoordinata minn GreenPak flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u importaturi ta’ mowbajls.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com