Meta Nstabu Katavri F’Ħaż-Żabbar…

Fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar, bħal-lum 20 t’Ottubru tal-1966 kienu nstabu fdalijiet ta’ katavru li kienu jgħoddu mal-elf sena.
Dawn il-fdalijiet kienu nstabu minn Mikiel Farrugia mir-Rabat. Il-Kuratur tal-Arkeoloġija fid-Dipartiment tal-Mużewijiet, kien qal li ma kellhom ebda valur storiku iżda xorta ttieħdu fil-Mużew Nazzjonali.