Meta Sfrondaw Is-Soqfa Tad-Djar Minħabba Maltemp Qawwi…

Kien il-11 t’Ottubru tal-1982 meta temp ikrah li għamel fuq Malta b’riħ qawwi laqat lill-Gżejjer Maltin b’konsegwenza li waqa’ l-bini u oħrajn ġarrbu ħsarat kbar.
Koppja minn Raħal Ġdid mietet meta sfrondaw is-soqfa tad-dar tagħhom, żagħżugħ mill-Ħamrun miet ukoll waqt li mara anzjana minn Tas-Sliema mietet wara li wkoll sfrundaw is-soqfa tad-dar fejn kienet toqgħod.
Maltempati oħra seħħew fit-22 u fit-30 t’Ottubru però ma ħallew ebda vittmi.