Mil-Lum Fl-Italja Ħadd Ma Jista’ Jaħdem Mingħajr Il-Green Pass – Diversi Protesti Madwar Il-Pajjiż

 Mil-Lum Fl-Italja Ħadd Ma Jista’ Jaħdem Mingħajr Il-Green Pass – Diversi Protesti Madwar Il-Pajjiż

Fl-Italja mill-lum biex tmur għax-xogħol trid tippreżenta l-Green Pass jew test negattiv riċenti tal-COVID-19.

Eluf kbar ta’ nies fl-Italja qed jipprotestaw kontra din il-miżura fejn jekk tinqabad taħdem mingħajr l-Green Pass tista tispiċċa sospiż mix-xogħol u mingħajr paga u b’multa ta’ €1,500.

S’issa huwa stmat li għad hemm mat-3 miljun persuna li għadhom ma ħadux il-vaċċin fl-Italja, b’eluf minnhom ma jridux jitlaqqmu.

Dalgħodu bosta ħaddiema fl-Italja qamu jipprotestaw fit-toroq u quddiem postijiet tax-xogħol fosthom fil-portijiet ta’ Trieste u Genova. Dimostranti oħra kienu qed jipprotestaw fiċ-ċentru ta’ Ruma u fi bliet oħra kif ukoll quddiem fabbriki.

Din hija sitwazzjoni li bla dubju ħa jkollha effetti ħżiena fuq lis-stabbilita tal-pajjiż hekk kif bosta postijiet tax-xogħol importanti għal ekonomija ħa jkunu qed jieqfu jew jaħdmu b’numru ridott ta’ nies.

Il-Green Pass fl-Italja huwa mandatorju wkoll fuq il-ferroviji, stabbilimenti tal-ikel u bars, ċinema, gyms u pixxini.

Ritratti: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com