Nar Matul Il-Lejl Ikkawża Ħsarat Fil-Bażilika Ta’ San Ġorġ F’Għawdex
Dalgħodu l-komunità tal-Bażilika ta’ San Ġorġ Għawdex qamet b’aħbar ħażina hekk kif matul dan il-lejl il-meters tad-dawl qabdu bin-nar fejn ħalla ħsarat kbar.
Dalgħodu fuq il-mezzi soċjali l-Arċipriet kiteb messaġġ sabiex jitlob l-għajnuna sabiex titnaddaf il-knisja mit-trabijiet kbar li hemm.
Minn filmati jidher li n-nies laqgħu l-appell bi ħġarhom u marru numru kbir ta’ nies sabiex isir it-tindif li hemm bżonn sabiex il-Bażilika tkun tista’ terġa’ tiftaħ wara dan l-inċident ikrah li seta’ kien ħafna agħar minn hekk.
Il-Knisja wara dan l-inċident fis-sistema tal-elettriku tagħha tinsab mingħajr dawl allura l-ħidma tibda sabiex tissewwa l-ħsara kbira li saret fid-distribuzzjoni tad-dawl fejn prattikament trid terġa’ ssir mill-ġdid.
Mhux magħruf eżatt x’kien il-kawża ta’ dan il-ħruq.