Netflix Ħa Jkollha Tbiddel Xena Mis-Sensiela Squid Game Minħabba Numru Ta’ Telefon Li Jidher

 Netflix Ħa Jkollha Tbiddel Xena Mis-Sensiela Squid Game Minħabba Numru Ta’ Telefon Li Jidher

Ix-xena fejn jidher numru ta’ telefon fuq biljett li jidher fuq is-sensiela Squid Game ħa jkollu jitneħħa, hekk kif in-numru jeżisti verament.

Miljuni ta’ nies madwar id-dinja bħal issa qed isegwu l-aktar sensiela popolari bħal issa fuq Netflix, bl-isem ta’ Squid Game. Din il-produzzjoni Sud Koreana tittratta fuq grupp kbir ta’ nies li jaċċettaw jieħdu sehem f’sensiela ta’ logħob li finalment l-aħħar wieħed li jibqa’ ħaj jirbaħ miljuni kbar ta’ flus. In-nies li jidħlu għal din l-isfida għandhom kollha xi ħaġa komuni bejniethom.

Jidher li fuq il-biljett li jingħata lil persuni fis-serje biex iċemplu fuqu biex jipparteċipaw għal din il-logħba huwa fil-fatt reali u eluf ta’ nies spiċċaw iċemplu fuq dan in-numru.

Il-mara li għanda dan l-istess numru qalet li rċeviet madar 4,000 telefonata biex jistaqsu jekk jistgħux jieħdu sehem.

Fir-realtà jekk rajt is-sensiela ma nafx hux sinjal tajjeb li kien hemm dan l-ammont kbir ta’ nies li ppruvaw iċemplu dan in-numru biex jieħdu sehem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com