Nobbli Maltin Jattendu Għall-Ewwel Tieġ Imperjali Fuq Art Russa Mir-Revoluzzjoni Tal-1917 L’Hawn

 Nobbli Maltin Jattendu Għall-Ewwel Tieġ Imperjali Fuq Art Russa Mir-Revoluzzjoni Tal-1917 L’Hawn

Rappreżentanti Malti mid-Dar Imperjali Russa irritorna minn San Pietruburgu fir-Russja fejn ipparteċipaw f’bosta ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tieġ imperjali fuq art Russa mir-revoluzzjoni tal-1917 lil hawn.

Il-Kontinġent Malti kien magħmul mill-Konti Peter Sant Manduca, il-Kontessa Alexandra Sant Manduca, in-Nobbli Irina Malikoba, in-Nobbli Gabriel Zammit, in-Nobbli Marco Spiteri Binett u n-Nobbli Martin Bonnici li hemmhekk iltaqgħu mal-krema tal-Aristokrazija Ewropeja f’diversi attivitajiet soċjali u reliġjużi li saru bejn it-30 ta’ Settembru u t-2 t’Ottubru.

Malta għandha relazzjoni antika mad-Dar Imperjali Russa fejn anke kienu jintbagħtu rappreżentanti f’Malta biex jiffurmaw relazzjonijiet diplomatiċi mal-Ordni ta’ San Ġwann meta l-aristokrati Russa sabu eżilju f’pajjiżna. Saħansitra kien seħħ it-twelid tal-Gran Dukessa Victoria tar-Russja fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard fil-25 ta’ Novembru tal-1876. Hija tiġi bint il-Prinċep Alfred, Duka ta’ Edinburgh u bint ir-Reġina Victoria.

Riċentament fl-2017, il-Kap tad-Dar Imperjali ta’ Romanov, il-Gran Dukessa Maria żaret ukoll Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com