Omm F’Diffikultà Titlob L-Għajnuna Minħabba Tarbija B’Kundizzjoni Medika U Tifla B’Tumur F’Rasha
Angele Camilleri kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tagħha għamlet appell biex tkun tista’ tgħin omm li tinsab f’diffikultà.
Angele magħrufa sew għal għajnuna li tagħti lill-familji fil-bżonn permezz ta’ prodotti tal-ikel jew affarijiet ta’ bżonn li hija tiġbor mingħand donaturi.
F’appell li għamlet ilbieraħ Angele qalet li marret omm għanda b’tarbija li għandu kondizzjoni medika, fejn kull ma talbet huwa ħalib partikolari għaliex it-tarbija dak biss iżomm fl-istonku.
Angele r-rakkontat kif l-omm qaltilha li l-mard ġabha f’dan l-istat, “ir-raġel biss jista’ jaħdem peress li tarbija għandha bżonn l-omm 24 siegħa kulljum,” tenniet l-omm.
Aktar tard Angele Camilleri kitbet li din il-mara għanda wkoll tifla ta’ 14-il sena li għandha tumur f’rasha ukoll.
Verament każ fejn din il-familja għandha bżonn l-għajnuna. Kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan billi tagħmlu kuntatt ma’ Angele Camilleri stess.
Angele rringrazzjat lil dawk kollha li diġà qed jgħinu f’dan il-każ u anke f’każijiet oħra ta’ nies fil-bżonn.
Kuraġġ!