Persuna Mfittxija B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Droga U Sparatura
L-uffiċċju Komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija nnotifika lill-midja dwar persuna mfittxija b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar ta’ droga u sparatura li seħħet ġewwa Triq Dijonisju Famuċelli, l-Imsida nhar it- 2 ta’ Ottubru, 2021.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 6/2021.