Premju Anzjanità Attiva – Innominajt Lil Xi Ħadd?
Wasal il-mument għall-Premju Anzjanità Attiva – ċelebrazzjoni ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni fis-settur tal-anzjanità attiva.
Dan huwa avveniment annwali ddedikat għall-anzjani.
B’kollox hemm ħames premjijiet: Premju Anzjanità Attiva, Premju Kulturali tas-Sena, Premju Akkademiku tas-Sena, Premju Sportiv tas-Sena u Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali.
In-nominazzjoni ssir permezz ta’ formola li tinkiseb mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva, minn Ċentru Servizz Anzjan fil-Belt Valletta, mill-paġna ta’ facebook Anzjanità Attiva, jew minn fuq is-sit elettroniku www.activeageing.gov.mt u tiġi sottomessa l-Ministeru, jew tintbagħat permezz tal-email fuq [email protected].
In-nominazzjonijiet jagħlqu fit-29 ta’ Ottubru 2021. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jibgħat mistoqsijiet fuq [email protected].
Ir-rebbieħa jitħabbru f’serata apposta mtella’ mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva f’Novembru.
Innomina u ferraħ lill-anzjani.