Raġel Inżamm Arrestat Wara Li Tressaq Akkużat B’Rabta Ma’ Serq Fil-Qorti T’Għawdex
Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Bridgitte Sultana, raġel ta’ 31 sena residenti Kerċem, Għawdex.
Hu ġie akkużat li llum, għall-ħabta tat-3:00am, fi Triq ix-Xagħri, Kerċem, Għawdex, ikkommetta serq aggravat waqt perjodu ta’ sentenza sospiża u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ trattament u li renda ruħu reċidiv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.