Raġel Iweġġa’ Gravi Waqt Xogħlijiet Ta’ Iwweldjar
Illum, għal xi tmienja u nofsta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa workshop f’Tal-Pietà.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt li kienu qegħdin issiru xi xogħolijiet ta’ iwweldjar, raġel ta’ 45 sena, residenti l-Mosta sofra xi ġrieħi kawża ta’ ħruq.
Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.