Raġel Jindarab Serjament Wara Li Ntlaqat Minn Karozza F’Birkirkara

Raġel ta’ 62 sena spfra ġrieħi serji wara li ntlaqat minn karozza kmieni dalgħodu.
L-aċċident seħħ dalgħodu, għal ħabta tas-5:45am, fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Salvu Psaila, f’Birkirkara.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara, weġġa’ wara li ntlaqat minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Birkirkara.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.