Raġel Sofra Ġrieħi Serji Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Ħabat Ma’ Arblu F’Għawdex
Raġel ta’ 38 sena residenti ż-Żebbuġ, sofra xi ġrieħi meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u ħabat ma` arblu.
L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għal xis-2:00am, fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.