Raġel Ta’ 37 Sena Weġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum

Raġel ta’ 37 sena, lbieraħ għall-ħabta tad-9:30am f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Ifran, in-Naxxar weġġa’ gravi.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel mill-Ghana ta’ 37 sena u residenti Raħal Ġdid, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.