Raġel Ta’ 86 Sena Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Żewġ Vetturi

Raġel ta’ 86 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.
L-aċċident seħħ illum, għal xi l-10:15am, fi Triq Ħ’Attard, Ħaż Żebbuġ.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 86 sena residenti Ħaż Żebbuġ u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Lija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-Mazda l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.