Rosianne Cutajar Tiftaħ Libell Kontra Mark Camilleri
“Dalgħodu 28 ta’ Ottubru ftaħt kawża ta’ libell kontra s-Sur Mark Camilleri li fis-siegħat li għaddew, b’kitbietu għamel dikjarazzjonijiet malafamanti fil-konfront tiegħi”, kitbet l-Onorevoli Membru Parlamentari Rosianne Cutajar.
Dan wara li fil-jiem li għaddew Mark Camilleri fil-pubblikazzjoni ġdida tiegħu qal li Cutajar kellha relazzjoni intima ma’ Yorgen Fenech wara li kien magħruf li huwa s-sid ta’ 17 Black.
Qalet li mhux se tħalli min jipprova jikseb popolarità b’kitbietu a skapitu tal-integrità tagħha u li hi bħal kulħadd, umana u għandha familja.
Cutajar irringrazzjat lil dawk kollha li qed ituha appoġġ kontinwu “kontra dan l-akkaniment aggressiv kontrija li issa ilu għaddej għal aktar minn sena sħiħa.”
“Niltaqgħu l-Qorti Sur Camilleri”, temmet tgħid Rosianne Cutajar.