Se Jkun Qed Isir L-Istħarriġ Magħruf Bħala N-National Household Transport Survey

 Se Jkun Qed Isir L-Istħarriġ Magħruf Bħala N-National Household Transport Survey

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li se jkun qed isir l-istħarriġ magħruf bħala n-National Household Transport Survey, proġett ta’ kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-NSO, li jsir bejn wieħed u ieħor kull 10 snin. L-aħħar li kien sar fl-2010. Din is-sena se tkun qed timmarka r-raba’ edizzjoni ta’ dan is-survey u għall-ewwel darba se jseħħ b’mod online.

In-National Household Transport Survey​​ huwa maħdum sabiex jagħti stampa ċara tal-imġieba fit-toroq u anke jagħtu mudell tal-modi ta’ vjaġġar mill-familji f’pajjiżna.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan is-survey se jkun mod ieħor effettiv ħafna li permezz tiegħu se jiffaċilità il-pjanijiet għall-futur ta’ pajjiżna u li se juri bl-aktar mod ċar l-aħjar modi possibbli ta’ kif għandha ssir il-bidla b’mod naturali għall-aktar mobbilità u trasport nadif.

“Ċerti deċiżjonijiet bħall-metro jeħtieġu ammonti kbar ta’ data biex jiġu ttestjati, u d-data ta’ dan is-survey se tippermettilna nipperfezzjonaw aktar il-proposta attwali”, qal il-Ministru Ian Borg.

L-NSO se tkun qed tagħmel is-survey kif ukoll tiġbor id-data meħtieġa. Id-data se tintuża biex tintroduċi politika u miżuri ġodda li għandhom jiġu inklużi fl-aġġornament tat-Transport Master Plan sal-2030 u se jkun kontribut effettiv li jgħin sabiex jintlaħqu l-EU targets fejn jidħol l-ambjent.

Is-survey jikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tinkludi mistoqsijiet ġenerali inklużi dawk rigward il-membri tad-dar u l-vetturi li għandhom aċċess għalihom. Din il-parti tal-istħarriġ għandha titlesta qabel Jum l-Ivvjaġġar li hu fis-17 ta’ Novembru 2021. It-tieni parti titlob lil kull membru tad-dar ta’ ‘l fuq minn 14-il sena sabiex jirreġistra l-vjaġġi li jkunu saru f’Jum l-Ivvjaġġar li jkun is-17 ta’ Novembru.

Sabiex wieħed jipparteċipafis-survey, dan jista’ jżur il-website: https://nhts21.gov.mt

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com