Ser Jinbena L-Ewwel Ċentru Rijabilitattiv Fil-Konfini Tal-Ħabs Għal Madwar 140 Persuna

 Ser Jinbena L-Ewwel Ċentru Rijabilitattiv Fil-Konfini Tal-Ħabs Għal Madwar 140 Persuna

Waqt id-diskors tal-Budget isemma li matul din is-sena, l-Aġenzija għas-servizzi korrettivi kompliet issaħħaħ is-servizzi rijabilitattivi, bl-ingaġġ ukoll ta’ iżjed professjonijiet mis-settur mediku, psikjatriku u soċjali.

Il-Ministru Clyde Caruana qal li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tlestiet l-ewwel faċilità medika fejn fiha jiġu assistiti b’mod professjonali l-priġunieri mit-tobba u infermiera. Ntqal ukoll li ser jibda jinbena l-ewwel ċentru rijabilitattiv tax-xorta tiegħu fil-konfini tal-faċilità għal madwar 140 persuna.

Ntqal ukoll li matul is-sena li ġejja l-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi ser tkompli tiġi msaħħa u ser tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha fl-oqsma tad-drittijiet lill-vittmi, billi tibqa’ tkun aċċessibbli bl-iżjed mod effiċjenti, filwaqt li żżid ukoll il-ħaddiema u professjonisti li jservu fiha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com