Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Serji F’Ħabta F’Birkirkara
Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi serji wara ħabta ma’ vettura oħra.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi s-6pm, fi Triq Fleur De Lys, f’Birkirkara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki DL650 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti x-Xgħajra u Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.