Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fix-Xewkija

Sewwieq ta’ mutur anzjan spiċċa b’ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għal 5:15pm, fi Triq San Anard, Xewkija, Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda ANC125 misjuq minn raġel ta’ 73 sena residenti in-Nadur, Għawdex u vettura Peugeot 108 misjuqa minn mara Franċiża ta’ 29 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.