S’Issa 20 Stabbiliment Biss Applikaw Biex Jaċċettaw Klijenti Biċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin Biss

Minn għada jistgħu jitnaqqsu xi restrizzjonijiet fir-restoranti, bars u każini jekk kemm il-darba jaċċettaw klijenti biċ-ċertifikat tal-vaċċin biss.
Waqt konferenza llum d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li kienu biss 20 stabbiliment li s’issa applikaw mal-MTA biex joperaw b’dan il-mod.
Għada wkoll ħa jkun qed jsir l-ewwel proġett pilota t’attività tal-massa mingħajr restrizzjonijiet. Wara din l-attività u wara li jkun sar swab test minn dawk kollha li attendew ħa jkunu qed isiru studji u rapport sabiex jkun jista’ jiġi deċiż x’restrizzjonijiet jkun imiss li jitneħħew.