Sitt Vetturi Oħra Misruqa Maqbuda Mid-Dwana Fil-Port Ħieles

 Sitt Vetturi Oħra Misruqa Maqbuda Mid-Dwana Fil-Port Ħieles

Uffiċjali tad-Dwana għal darba oħra qabdu kontejner ieħor fil-Port Ħieles li kien fih sitt vetturi misruqa mill-Kanada. Dan il-kontejner bħal dak tal-ġimgħa l-oħra kien fi triqtu lejn Abu Dhabi.

Fi stqarrija d-Dwana ta’ Malta qalet li l-vetturi maqbuda kieku tliet Ford pick-ups F450, Jeep Grand Cherokee SUV, Jaguar F-pace u Ford Expedition SUV.

Dawn il-kontejners tal-40 pied inqabdu li kienu qed iġorru dawn il-vetturi wara li permezz ta’ tagħmir tal-iscanning u d-dokumenti ma kienux qed jaqblu.

L-uffiċjali tad-Dwana infurmaw b’din is-sejba lill-Pulizija Maltija kif ukoll lill-awtoritajiet Kanadiżi fejn bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com