Sparatura Fi Blokka Appartamenti Fl-Imsida…Il-Pulizija Ssib Id-Demm U Balla

 Sparatura Fi Blokka Appartamenti Fl-Imsida…Il-Pulizija Ssib Id-Demm U Balla

Il-lejla għal ħabta tas-7:30pm il-Pulizija ġew infurmati li nstema’ għajjat u sparatura ġejjien minn blokka t’appartamenti fi Triq Dijonisju Famuċelli fis-Swatar, l-Imsida.

Il-Pulizija kif waslu fuq il-post sabu għadira demm kbira fil-komun tal-blokka kif ukoll wara tfittxija fuq il-post instabet ukoll balla li tikkonferma li kien hemm sparatura.

Il-każ huwa misterjuż hekk kif il-Pulizija s’issa m’għanda l-ebda ħjiel tal-vittma u lanqas tal-aggressur. Fuq il-post tal-każ kien hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u l-iSpecial Intervention Unit li daħlu u għamlu tfittxija mal-blokka kollha però irriżultat fin-negattiv.

Il-Pulizija f’dan l-istadju qed tiċċekkja kontinwament jekk daħlux xi nies feruti f’xi kliniċi jew l-isptar, iżda s’issa dan irriżulta fin-negattiv ukoll.

Huwa suspettat li l-persuni involuti fil-każ huma barranin.

Il-Pulizija bħal issa għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com