“Statista Li Dejjem Ġab L-Interess Tan-Nazzjon L-Ewwel U Qabel Kollox” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech
“Illum insellmu l-memorja ta’ Ġorġ Borg Olivier, Missier Malta Indipendenti, li ħalliena bħal-lum 41 sena ilu.”
Hekk kiteb fuq il-mezzi soċjali ftit tal-ħin ilu l-Kap tal-PN Bernard Grech wara li sellem lil Ġorġ Borg Olivier quddiem il-monument tiegħu f’Pjazza Kastilja, fil-Belt Valletta.
“Statista li dejjem ġab l-interess tan-nazzjon l-ewwel u qabel kollox,” kompla jikteb Bernard Grech filwaqt li tenna li “bl-ambizzjoni tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru, pajjiżna għamel qabża ‘l quddiem li tat dimensjoni ġdida lill-poplu Malti u Għawdxi.”
“Insellimlek Ġorġ, u grazzi tat-tagħlimiet, l-eżempji u l-ġentlomerija fit-tmexxija tiegħek,” temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.