Stħarriġ Juri Differenza Ta’ 23% Bejn Iż-Żewġ Mexxejja – Il-Miżien Ixaqleb Lejn Il-Partit Laburista

 Stħarriġ Juri Differenza Ta’ 23% Bejn Iż-Żewġ Mexxejja – Il-Miżien Ixaqleb Lejn Il-Partit Laburista

Fuq il-gazzetta Maltatoday, illum kien ippubblikat stħarriġ mill-opinjoni pubblika fejn juri li Robert Abela huwa fdat minn 49.2% filwaqt li Bernard Grech kiseb 25.9%.

Dan ifisser li d-differenza fil-fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja huwa ta’ aktar minn 23%. Dan ifisser ukoll żieda ta’ 1.3% fuq l-aħħar stħarriġ li sar ix-xahar li għadda.

Intqal li Robert Abela huwa iżjed popolari mill-partit filwaqt li mhux hekk jingħad għall-Bernard Grech.

Fil-Maltatoday intqal ukoll li iżjed minn 2% ta’ dawk il-persuni li qalu li se jivvutaw lill-PN, issa se jivvutaw lill-PL.

Dan ifisser ukoll li d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa ta’ 16-il punt perċentwali li jfisser 50,000 vot differenza bejn il-Pl u l-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com