Stħarriġ Juri Lil Malta Fl-Ewwel Post Fl-Irkupru Mill-Pandemija

 Stħarriġ Juri Lil Malta Fl-Ewwel Post Fl-Irkupru Mill-Pandemija

Malta tiġi klassifikata bħala l-aktar pajjiż fid-dinja li qed jagħmel suċċess fl-irkupru mill-pandemija.

Dan ħareġ minn stħarriġ li sar minn Nikkei Asia. Dalgħodu wkoll id-DPM u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan ir-riżultat fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Sa ftit ġimgħat ilu l-ewwel post kienet qed tokkupa iċ-Ċina b’70% tal-popolazzjoni mlaqqma, però l-pajjiż għadu qed iżomm miżuri stretti ħafna.

Min naħa l-oħra Malta ħadet l-ewwel post biċ-Ċilì u l-Bahrain isegwu warajna. Il-Filippini juri l-inqas progress fl-irkupru mill-pandemija fl-aħħar post.

Dan l-istħarriġ jinħadem fuq tliet fatturi prinċipali li huma r-rata ta’ tilqim, ir-rata ta’ infezzjonijiet u kemm il-poplu qed jgħix il-ħajja soċjali tiegħu bl-inqas restrizzjonijiet.

Ritratt: Cliff Day / Shutterstock

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com