Sudaniż Ħa Jkun Qed Jitressaq Il-Qorti Akkużat B’Attentat Ta’ Serqa U Feriment

 Sudaniż Ħa Jkun Qed Jitressaq Il-Qorti Akkużat B’Attentat Ta’ Serqa U Feriment

Illum, għall-ħabta ta’ l-għaxra u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq raġel Sudaniż ta’ 45 sena l-Qorti, dan wara li kien arrestat nhar l-Erbgħa li għadda.

Huwa ser jitressaq b’akkużi relatati ma’ attentat ta’ serqa u feriment li seħħ fil-Marsa.

Il-Każ seħħ fis-27 ta’ Ottubru, fejn għal xi l-ħdax u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument viċin il-Ġnien 6 ta’ Awwissu, il-Marsa. Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, fejn sabu raġel ferut.

Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li raġel allegatament ipprova jisraq lill-vittma. Il-vittma, li ġie identifikat bħala Niġerjan ta’ 31 sena residenti l-Imsida, irreżista u l-aggressur allegatament tah daqqa’ ta’ mus f’idu u ħarab.

Aktar tard, in-Niġerjan ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Sudaniż residenti Birżebbuġa ħa jkun qed jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com