Taljan Ta’ 42 Sena L-Isptar Wara Inċident Tat-Traffiku F’Ħal Qormi

Taljan ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, għal xi t-tmienja ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ħammieri, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Isuzu Elf, misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.