Temmnu Li Għad Baqa’ Din L-Injoranza F’Pajjiżna?

Żbarazza l-garaxx u rema kollox mal-ġenb tat-triq ta’ Delimara. Hekk kiteb Ruben Abela mill-għaqda kulturali Wirt iż-Żejtun fuq il-midja soċjali tiegħu.
“Ma nistgħax nemmen li f’pajjiżna fadal injoranza ta’ dan it-tip.” Naqblu miegħek. Trid tara biex verament temmen! Tal-mistħija. Kif ma jistħux u ma jiddejqux?!
Dan meta llum jekk iċċempel anke l-Kunsill Lokali tal-post fejn toqgħod, joffrulek servizz b’xejn biex jinġabarlek l-iskart tiegħek. Għalkemm ukoll, persuna trid tiġi minnha li taħseb u tirraġuna, li attitudni bħal din ma twassal għal imkien.
