Tfajla Ta’ 18-il Sena Se Titressaq Il-Qorti Taħt Arrest B’Rabta Ma’ Diversi Serqiet

 Tfajla Ta’ 18-il Sena Se Titressaq Il-Qorti Taħt Arrest B’Rabta Ma’ Diversi Serqiet

Investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun rigward numru ta’ serqiet li seħħew bejn Novembru 2020 u Marzu ta’ din is-sena, wasslet biex fl-aħħar sigħat ġiet arrestata tfajla Ingliża ta’ 18-il sena residenti r-Rabat, li allegatament wettqet dawn is-serqiet.

Wara li ġew elevati filmati minn kameras tas-sigurtà minn kumpless ta’ stabbilimenti f’Tas-Sliema, il-pulizija stabilixxew li l-istess tfajla, fi ġranet differenti, dehret tisraq ħwejjeġ minn tliet ħwienet li jinsabu f’dan il-kumpless.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru rriżulta ukoll li l-istess tfajla allegatament dawret favur tagħha aktar minn €10,000 fi tranżazzjonijiet għad-dannu tal-kumpanija li kienet taħdem magħha.

It-tfajla mistennija titressaq il-Qorti taħt arrest illum, għall-ħabta tal-11:00am, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com