“Tħassib Għad-Diżorganizazzjoni Li Hemm Fil-Higher Secondary” – Il-PN

 “Tħassib Għad-Diżorganizazzjoni Li Hemm Fil-Higher Secondary” – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi t-tħassib tiegħu għad-diżorganizazzjoni Ii reġa’ hemm fil-Higher Secondary fil-bidu ta’ din is-sena skolastika. Il-PN qal li qed jirċievi rapporti li hemm studenti li sal-lum għadhom mingħajr time table filwaqt li hemm studenti oħra li rċevew timetable ezatt lejliet li kellhom l-ewwel lezzjoni.

Fi stqarrija l-Kelliem għall-edukazzjoni u l-isport Clyde Puli saħaq li dan kollu qed jiġri meta l-Ministeru assigurana li tul dan is-sajf intervjena biex jevita t-taħwid tas-sena l-oħra. Is-sena li għaddiet kienet waħda diżastruża għal Higher secondary bi studenti jdumu mingħajr time tables, oħrajn bil-lezzjonijiet fil-kuriduri u b’internet wifi bagħtut ħafna li ma kienx qed jagħmilha dejjem possibbli li jiġu segwiti l-lezzjonijiet online waqt il-pandemija.

Il-PN tenna li dan huwa każ ċar ta’ nuqqas ta’ pjan u mismanagement li minnu jbatu biss l-istudenti. Hija ħasra li din l-iskola ta’ edukazzjoni għola li kienet bniet tant reputazzjoni tajba fis-snin li għaddew qed titħalla tiddiżintegra b’dan il-mod. Dan meta pajjiżna għadu l-aħħar fil-lista Ewropea tal-Early School Leavers.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com