The Spooky Fort Posposta Għal-Lum …. Se Tirċievu Mingħand Danusan

Attività mill-isbaħ li ħejjew għall-pubbliku Danusan bl-isem ta’ The Spooky Fort fil-Forti ta’ Delimara f’Marsaxlokk, ilbieraħ kellha titħassar minħabba li bix-xita li għamel sfratta kollox.
Dan ġara 45 minuta biss qabel bdiet l-attività. Madanakollu, għaliex jafu ferm jorganizzaw Danusan, mhux kollox tar mar-riħ.
“Kollox se jiġi pospost għal għada il-biljetti li kellkhom bil-ħin b’kollox jgħoddu… Minn hawn u ftit ħin ieħor se tirċievu email u anke sms sabiex issegwu l-istruzzjonijiet”, kitbu fuq il-midja soċjali tagħhom.
Qalu li anke żiedu l-prekawzjonijiet fosthom passaġġi apposta bil-platforms, aktar tined u affarijiet oħra sabiex illum l-ebda ilma ma jwaqqafna.
Titilfux din l-esperjenza!