Tifel Determinat U Ma Jaqtax Qalbu – Jirbaħ Żewġ Kompetizzjonijiet F’Ġurnata Waħda
Slavin Col Schembri huwa tfajjel ċkejken ta’ 7 snin mis-Siġġiewi li tkellimna miegħu hekk kif il-Ħadd li għadda rebaħ żewġ unuri fi ftit sigħat.
Slavin il-Ħadd ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet waħda tal-kant u oħra tal-imudellar. Fil-kompetizzjoni tal-kant huwa kkompeta fil-konkors ‘Melodija Maġika’ fejn kanta diska oriġinali tiegħu bil-Malti bl-isem ta’ ‘Żugraga’, kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Dominic Cini.
Permezz ta’ din id-diska huwa ikklassifika fit-tieni post mill-kanzunetti kollha li kienu qed jikkompetu, però ġie fl-ewwel post bl-aqwa preżentazzjoni tad-diska. Slavin xtaq jirringrazzja lill-għalliema tal-vuċi tiegħu Joseph Chircop u Ritienne Azzopardi tal-kuraġġ u l-paċenzja tagħhom biex jkompli jitgħallem.
Eżattament wara din il-kompetizzjoni, f’temp ta’ nofs siegħa kien ħa jkun qed jikkompeti f’kompetizzjoni oħra din id-darba tal-imudellar organizzata minn Gaffiero Productions.
Huwa hawnhekk ukoll irnexxielu jikklassifika fl-ewwel post mill-kategorija tiegħu bħala ‘Little Mr. Malta 2021.’
Prosit ħafna Slavin!