“Tiġi Meta Tiġi L-Elezzjoni, Il-Partit Nazzjonalista Se Jkun Ippreparat” – Bernard Grech

 “Tiġi Meta Tiġi L-Elezzjoni, Il-Partit Nazzjonalista Se Jkun Ippreparat” – Bernard Grech

“Robert Abela fl-aħħar temm l-ispekulazzjoni dwar jekk hux se jsejjaħ elezzjoni bikrija,” din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit minuti wara li l-Prim Ministru Robert Abela kkonferma mal-ġurnalisti li l-elezzjoni ħa tkun qed isir is-sena d-dieħla.

Bernard Grech f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qal li l-Prim Ministru stenna sal-aħħar minuta, u b’mod irresponsabbli, ħoloq inċertezza għan-negozji.

Il-Kap tal-PN temm jgħid li “tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista se jkun ippreparat.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com